Saturday, May 24, 2014

Tfal Żgħar, Qalb Kbira


Dis-sena, għal Jum l-Omm, xi klassijiet għamlu brazzuletta għall-mama'. Giet Tanja Cilia (li tikteb fis-Sagħtar) biex turihom kif, u l-mama' tiegħi  biex tgħin bix-xogħol tal-wajer. Kien hemm ukoll xi affarjiet li nxtraw minn studenti ta' klassijiet oħra. Bil-qatra l-qatra, meta għoddejt il-flus ta' ġol-kaxxa kien hemm €451. Somma sabiħa li marret għand il-Creche tal-Orsolini ta' tas-Sliema. Post sabiħ ħafna, mimli bl-imħabba li għandhom dawn is-Sorijiet-Omm lejn it-tfal li jrabbu. Jekk xi ħadd minnkom ikun jixtieq imur jgħin, jew jagħti dik ix-xi ħaġa żgħira, kull donazzjoni tiġi milqugħa b'ħafna ferħ. 
Minn qalbi nirringrazzja lit-tfal talli flimkien ferraħna lil ħaddieħor. 
Il-Madre ser tibgħatli rċevuta, u jien ser inġib ritratt tagħha fuq dil-bloggata, kif ukoll nuriha lit-tfal l-iskola. 
Grazzi u prosit!
Jekk qed tħossukom ferħanin b'din l-aħbar, aqbdu l-ferħ tagħkom u agħtu biċċa minnu lil ħaddieħor billi turu qalb tajba u ġenerożita'. 

Search This Blog