Jekk forsi kielha l-kelb, hawn hi.
Għal dal-Milied nixtieq li kull student iġib miegħu żewġ kartolini tal-Milied (bl-envelopp u bolla kull waħda). Dan għax nixtieqhom jiktbu ittra ċkejkna tal-Milied lin-nanniet (jew min m’għandux xi ħadd tal-familja). Tal-familja jieħdu ħafna gost biha u t-tfal jitgħallmu jiktbu l-indirizz fuq l-envelopp u x’jiġri fil-posta (għax immorru kollha f’daqqa ninpustawhom waħda waħda) Għalhekk ibgħatu :
1) 2 kartolini
2) 2 bolol għal Malta (jekk hemm xi indirizz barra minn Malta, tridu tibgħatu bolla apposta)
3) L-indirizzi miktubin ĊARI fuq karta separata.
Itfgħu kollox ġo borża tal-karti jew envelopp ikbar, agħlquh, u iktbu isem it-tifel/tifla fuq il-borża/envelopp.
Ser nibgħat ukoll id-dar mudell ta’ anġlu li jrid isir nofsu d-dar u nofsu l-iskola, għax dan jieħu l-ħin. It-tfal iridu jpinġu l-biċċiet tal-anġlu, intom jekk jogħġobkom, waħħlulhom il-bicciet fuq kartonċina u qasqsulhom il-bicciet intom bil-mod, hemm xi biċċiet minnu li jistgħu jaqtgħhom huma u hemm oħrajn li tridu tagħmluhom intom. Dan imbagħad ser ngħaqqduh fil-klassi. Jekk jogħġobkom ibgħatu l-biċċiet kollha sal-ġimgħa d-dieħla ġo envelopp magħluq halli ma jitħallat xejn.
Min għandu libsa ‘tal-Milied’... (anġlu, ragħaj, Madonna, eċċ) jibgħat jgħidli għax fil-Milied ser immorru quddiesa Santa Liena u ħa nagħmlu daqsxejn reċta waqt il-Vanġelju.
Grazzi ħafna tas-sapport u l-ħidma tagħkom, Claudine Slater.