Minn nhar it-Tnejn, 11 ta' Novembru, fil-klassi ser ikollna studenta għalliema mill-Universita' ta' Malta. Dan ifisser li l-lezzjonijiet ser tagħmilhom Miss Christina mhux jiena. Pero' nixtieq inserraħ moħħ kulħadd li x-xogħol ser isir skont il-pjanijiet tiegħi, bl-istess ammont ta' homework u xogħol tal-iskola. Nitlobkom tagħtu l-koperazzjoni sħiħa lil Miss Christina bħalma dejjem tajtu lili. Jien ser nibqa' nżomm kuntatt kuljum mat-tfal, u ser ngħin lill-istudenta għalliema fix-xogħol tagħha.
Grazzi ħafna.
Xi darba, 20 sena ilu, kont studenta għalliema ġo skola jien ukoll. Kont kuntenta ħafna għax il-ġenituri laqgħuni u aprezzaw ix-xogħol tiegħi. Nispera li Miss Christine issib l-istess.