Qed ninnota ħafna ġenituri jgħinu lil uliedhom fix-xogħol tad-dar. Dan hu ġest sabiħ ħafna, u nixtieq li l-ġenituri kollha jagħtu kas dak li jagħmlu t-tfal fil-pitazzi tagħhom.
Nara wkoll pero', ħafna użu tal-Malti ħażin, per eżempju ħafna taħwid fir-regoli taż-żewġ vokali ħdejn xulxin.
Il-Vokali taqa' biss meta tkun vokali tal-leħen, u l-W flok il-U hi xi ħaġa ta' zmien ieħor. Fil-fatt min jaġġorna ruħu billi jixtri kotba bil-Malti (dawk tajbin, tipo Trevor Zahra, Claire Azzopardi, Pierre Mejlak) jinduna li m'għadhomx jintużaw.
Eż : tazza ilma
żjara importanti
mara irrabjata
Pawlu u Anna
Dawn kollha huma tajbin, u l-ebda vokali ma taqa' jew tinbidel.
Qabel konna niktbu
ta' l-isfar
illum niktbu
tal-isfar.
Meta niftakar 'żbalji' oħra. ngħarrafkom.
Sadanittant, tajjeb taqraw dan u dan, żewġ dokumenti uffiċjali.
Grazzi.
No comments:
Post a Comment