Illum bdejna l-ġurnata bil-kbir. Ilbieraħ rajna video fuq youtube fuq il-Ħarifa u tkellimna ħafna fuq dan l-istaġun. Wara għamilna koċċ punti biex niktbu l-istorja fuq il-pitażż tal-Malti. Kemm ktibtu sentenzi sbieh. Naf li kelli ngħinkom mhux ħażin fl-ortografija (spelling), imma ma jimpurtax, jekk tkomplu taqraw, titgħallmu tiktbu ħafna aħjar.
Wara għamilna daqxejn lezzjoni oħra fuq il-flus. Nispera li biż-żmien tidrawhom aħjar. Ħafna minnkom fehmuhom diġa'.
Sempliċi...kemm tiftakru li hemm 100 muniti tal-1ċ f'Ewro, 50 tat- 2ċ eċċ eċċ.
Wara kellna lezzjoni tal-Ingliż fuq 'This and That'. Mortu tajjeb ukoll. Tkellimtu ħafna bl-Ingliż. Tidhru li ħadtu gost.
Imbagħad kellna lezzjoni bl-ARTRAGE. Kollha pinġejtu stampi sbieħ tal-Ħarifa. Hawn hi tiegħi. Ara x'jidhrilkom. Tagħkom ħafna isbaħ, imma jekk inkompli niprattika, jirnexxieli nsir brava daqskom. :)
Ma naqsux waqt il-brejk il-logħob fuq siti li tħobbu intom (Barbie.com u xi oħrajn), u rajna żewġ episodji qosra ta' Tom and Jerry. Kemm dħaqna hux!
Kellna ġurnata sabiħa ħafna. Grazzi.
Jien mistaghgba kemm jitghallmu malajr it-tfal..kollha fehmu kif juzaw din l-ghodda. Dejjem nitghallem minnhom! Prosit.
ReplyDelete