QED IKOLLI ĦAFNA ĠLIED U TFAL MA JAGĦTUX KAŻ IL-LEZZJONI GĦAX WAQT ĦIN IL-LEZZJONIJIET MOĦĦHOM BIEX JIFTHIEMU FUQ IL-CARDS TAL-MOSHI MONSTERS. JIEN KONT INTIHOM IL-PERMESS JOĦORĠUHOM FIL-BREAK BISS. KONT NIEĦU GOST NARAHOM IPARTU U JIRRAĠUNAW. PERESS LI HEMM MIN SFIDANI U ĦARIĠHOM FIL-KLASSI U ANKE MIN DAĦĦAL IDU FIL-BASKET TA' ĦADDIEĦOR BIEX JIEĦU L-CARDS WAQT IL-LEZZJONI, QED NITLOB LI SAL-ĠIMGĦA MA JIĠUX CARDS L-ISKOLA. LANQAS FUQ IL-PRIVATE, LANQAS FIL-BASKET, LA FIL-BWIET. XEJN. JEKK NARA CARD NOĦODHA U MA TINTRADDX LURA.
WARA NHAR IL-ĠIMGĦA SER NERĠA' NĦALLIHOM. JEKK IKOLLI AKTAR KUMMIEDJI MINN DAWN, JIDDISPJACINI ĦAFNA, IMMA MHU SER INĦALLIHOM IĠIBU XEJN AKTAR L-ISKOLA. LA CARDS, LA STIKERS, LA ĠUGARELLI. XEJN.
DAN L-AVVIŻ KTIBTU QUDDIEM IT-TFAL. HUMA JAFU LI ĦA TAQRAWH U ĦADD MA JĠIB SKUŻI LI MA KIENX JAF.
GRAZZI ĦAFNA,
Miss Claudine.
No comments:
Post a Comment