Tuesday, May 28, 2013

Forsi ma fhimtunix

Tlabt li ma jiġux stikers l-iskola. 
U bdew ġejjin il-cards. 
Tlabt li ma jiġux cards tal-mushi monsters, 
U bdew ġejjin pokits, lapsijiet, gomom u x'naf jien tal-mushi monsters. 
Tlabt li ma jiġux brazzuletti (għax hawn moda ġdida tal-loom bands)
U bdew jiġu l-loom bands forma ta' keychain. 
Mhux għax jien kapriċċuża u rasi iebsa, imma għax kien qed ikolli ammont sostanzjali ta' bullying fuq dan l-imbarazz li kien qed itellifli l-lezzjonijiet, barra li jkun hemm min moħħu aktar fl-affarjiet milli fil-lezzjoni. Għall-ġieħna, il-lezzjonijiet tiegħi ikunu mimlijin attivita u gost, u nagħmel ħin twil niprepara. Ma nagħmilx siegħa sħiħa kitba jew xi siegħa nparla nraqqadhom. 
Kont qed nieħu gost narahom ipartu u jaqsmu, imma meta rajt li kien hemm ġlied, inkejja u għira bla waqfien, allura iddeċidejt. 
Issa min ikompli jisfida r-regoli tal-klassi, nirriserva d-dritt li nieħu dak li mhux suppost jinġieb u ma jingħatax lura, bħalma jsir f'kull skola f'Malta. Issa nispera li kollox ċar, bla skużi. Jien hawn irrid li t-tfal jieħdu gost u jitgħallmu. Ma niġix ix-xogħol biex noqgħod inferraq u naħli TLETT KWARTI KULJUM JEW AKTAR fuq il-ġlied u paroli fil-vojt. 
Naqra Matematika : TLETT KWARTI KULJUM X 5 IJIEM = KWAŻI 4 SIEGĦAT FIL-ĠIMGĦA =ĦAMES LEZZJONJIET FIL-ĠIMGĦA. 
GRAZZI, C.SLATER. 


 


(U mbarazz ieħor li jtellef jew jaqla' l-ġlied. )


1 comment:

  1. This comment has been removed by a blog administrator.

    ReplyDelete

Search This Blog