Wednesday, October 28, 2009

Ġietni idea...

Minn għada ser nibda nistaqsi lit-tfal ituni suġġett fuq xiex nibbloggja...xi annimal, grupp favorit, pajjiz, tim tal-futbol, kartuns ... li jħobbu. Jien nagħmel naqra riċerka bl-għajnuna tagħhom u nitfa' artiklu fuq hawn.

Dan mhux għat-tfal biss, jekk tridu tkunu tafu xi ħaġa intom ... ibgħatu kumment jew email u jkollna artiklu fuq x' niddiskutu hawn. Ġietni idea wkoll fuq l-ewwel lezzjoni tat-tisjir li nagħmlu. Dan inħobb nagħmlu meta jkolli l-lezzjoni tat-tisjir jew dwar l-ikel tajjeb għas-saħħa. Jekk tixtiequ lit-tfal jitgħallmu xi tisjir ġdid (eż : ikel Malti, insalata tal-frott, smoothies u milkshakes eċċ)... għiduli.

3 comments:

  1. Nixtieq inkun naf x'rabta hemm bejn iz-zurrieq u l-bronja ghax interesajt ruhi meta t-tifel u jien bdejna infittxu xi stampi ghal prjocet. Fuq l-internet fittixina hafna u ma sibna l-ebda informazzjoni.

    ReplyDelete
  2. Ir-rabta bejn il-Mitħna u l-bronja hi li meta t-taħħan kien jitla' filgħodu fil-mitħna u jara li l-kundizzjonijiet tat-temp huma favorevoli, kien isejjah lin-nies permezz tal-bronja. Il-bronja kienet arzella tal-baħar li meta tonfoħ fiha, tagħmel ħoss qawwi. Studju li sar dan l-ahhar juri li l-bronja kienet tinstema' saħansitra minn Marsaxlokk, allura n-nies anke minn irħula ohra kienet tmur bi ħgarha biex tiehu l-qamh taghha lejn il-Mithna. Biex ma jitħallatx il-qamh tan-nies, kienu jaqflu l-ixkora b'qafla differenti minn xulxin. Nispera li qtajtlek il-kurżita'. :)

    ReplyDelete
  3. Grazzi hafna. Affarijiet bhal dawn tinsihom, permezz tat-tfal jien qeghda nerga ingeded it-taghlim tieghi.

    ReplyDelete

Search This Blog