Fuq il-Project book tal-iStudji Soċjali għandhom iwaħħlu l-ħendawt li nħadmet fil-klassi, iwaħħlu l-Bronja (għandhom ħendawt tagħha wkoll) u jsibu xi stampi/ ipinġu fuq Ħaġar Qim u l-Mitħna tax-Xarolla.
Biex tifhmu aħjar fejn morna, HAWN issibu xi nformazzjoni fuq iż-Żurrieq, u msemmija l-Mitħna ( u l-Katakombi li hemm biswitha).
U HAWN issib xi nformazzjoni fuq Ħaġar Qim.
Dan hu filmat fuq dan it-Tempju megalitiku.
Ikun tajjeb kieku ssibu ħin u tmorru mat-tfal, speċjalment jekk għandkom tfal li qegħdin fl-ewwel sena tas-sekondarja. Dawk li jkollhom sħubija fil-Heritage Malta jkollhom prezzijiet specjali.
No comments:
Post a Comment