Monday, March 9, 2009

Il-Bajda li ser inżejnu għall-Għid.

Aktar kmieni llum ippostjajt xi struzzjonijiet kif għandkom tippreparaw il-bajda. (qoxra tal-bajda)

Hawn ser nagħmilhom fil-qasir.

Għandek bżonn :-

bajda (kulur bajda jekk jista' jkun~)
imsella jew labra tas-suf.
ħall abjad.

Taqqab il-bajda b'labra normali fil-parti d-dejqa.
Taqqab il-bajda b'labra tas-suf fil-parti l-wiesa' tal-bajda.
Bil-labra tas-suf, hawwad il-kontenut tal-bajda.
Onfoħ mit-toqba ta' fuq għal ġo bowl
Għaddas il-bajda vojta ġo tazza mimlija ħall abjad.
Wara, poġġi l-bajda taħt l-ilma u laħlaħ sew.
Poġġi fis-sħana ħalli tinxef.
Awguri li jirnexxielkom.

Naħseb dil-ġimgħa ser tieklu froġa kuljum.....

Hawn video qasir fuq kif isir ix-xogħol.

Dan it-tifel tal-video bata ftit għax ma taqqabx il-membrane tal-bajda sew. (Taħt il-qoxra hemm membrane, naħseb kullhadd jaf) Jekk iddaħħal toothpick jew il-labra tas-suf tista tħawwad ġewwa aħjar u jinżel kollox aktar malajr.

1 comment:

  1. This comment has been removed by a blog administrator.

    ReplyDelete

Search This Blog