Thursday, March 12, 2009

L-Uniformi (komponiment)


Illum iddiskutejna l-Uniformi.




Ftit hemm tfal li huma favur l-uniformi, għalhekk 'sfurzajt' grupp ta' tfal jaħsbu kontra dak li jħossu...u ħriġna l-punti favur u kontra l-uniformi.


Dawn huma l-kummenti favur l-uniformi.


1) dejjem inkunu puliti u n-nies jagħarfuna

2) ma jkunx hemm bullying għax jista' jkun hemm min ma jkollux ħwejjeg sbieħ jew tad-ditta.

3) il-mama tifranka l-flus għax ma jkollhiex taħsel ħwejjeġ differenti kuljum u ma tonfoqx ħafna flus fi ħwejjeġ tal-moda.

4) l-uniformi hi komda

5) l-uniformi hi diċenti. Kieku ma kellniex uniformi, xi tfal jilbsu qishom sejrin il-baħar.


Argumenti kontra l-uniformi.

1) kulħadd l-istess, isbaħ kieku kollha konna differenti fl-istil u kulur.

2) l-ingravata u ċ-ċoff idejjaqna m'għonqna.

3) ma nħobbux il-qmis..aħjar xi flokk

4) nuqqas ta' liberta'.....jien inħobb nagħżel il-ħwejjeg

5)l-uniformi mhix sabiħa.....aħjar xi ħaġa tal-moda.



Issa l-iskola kitbu l-punti u għamlu xi sentenzi. Id-dar iridu jikbtu s-sentenzi puliti fuq il-pitazz tal-Malti kitba.

Wara jridu jiddisinjaw l-uniformi idejali tagħhom.



1 comment:

  1. Grazzi hafna ta' dal-blog. Xejn xejn naraw lit-tfal taghna u x'jaghmlu fil-klassi. Meta nistaqsiha lit-tifla dejjem tehles minni u tghidli 'xejn'. Issa nistghu nitkellmu fuq affarjiet li graw l-iskola aktar.

    ReplyDelete

Search This Blog