Naf li issa r-Randan u ma jiswiex, imma bosta talbuni r-riċetta tal-Prinjolata.
Jien ma segwejt l-ebda riċetta partikolari, imma addattajt r-riċetti kollha li qrajt għat-tfal. Ħallejt barra l-użu u t-tisjir tal-bajd minħabba s-saħħa tat-tfal u peress li l-faċilitajiet tal-klassi mhumiex bħal tad-dar.
Użajt lewż, ġellewż, ġewż, Brasil nuts, ċikkulata f'biċċiet żgħar, fingers (hemm min juża pane di Spagna), krema tal-butir (icing sugar + margarine), cirasa, kollox mfarrak u mgħaffeġ u magħġun flimkien. Jekk it-taħlita tkun naqra xotta, żid il-meraq tal-larinġ.
Hawn hu l-video.
No comments:
Post a Comment