Tuesday, December 15, 2009

Tfal beżlin tal-Milied.

Dil-ġimgħa fil-klassi mimlija attivita'. Tistennewx li ser ikollhom ħafna homework.
Illum lestejna kartolina sabiħa. Min minnkom ma bagħatx 'glitter glue', ibgħatu stoċċ għada ħalli nlestuha.

Għada ser immorru nimpostaw il-kartolina lin-nanniet. Min ma bagħatx dawk, ħudu ħsieb...

Wara ser insajru. Ibagħtu fardal, maktur tar-ras jew beritta, fardal, sarvetta u pakkett wipes. U euro għax ser nixtri kollox jien. Nispera li ma nqabbdu ugigħ ta' żaqq lil ħadd.

Il-Ġimgħa ser nagħmlu l-mima tal-Vanġelu, kulħadd jaf x'għandu jagħmel (iftħu naqra d-diary)

It-Tnejn ser nilbsu għall-Purċissjoni

It-Tlieta PARTY. Ibgħatuhom bi flixkun x'jixorbu biss. Iktbulhom isimhom fuq il-flixkun.

No comments:

Post a Comment

Search This Blog