Qed ninnota li qed titfgħu posts hawn bl-iżbalji fihom. 
Fejn nista' jew nirranġahom, jew nibgħatilkom email, jew inkella noqgħod nistenna sal-għada biex ngħidilkom kif għandhom jinkitbu ċerta kliem.
Dizzjunarju, jew tiftaħ ktieb tfittex, mhux ħaġa diffiċli mmens hux? 
Taqbadx u titfa' xi ħaġa mingħajr ma tagħti każ l-iżbalji li jkun fiha, speċjalment meta dawn ikunu żbalji banali. 
Għalhekk ngħidilkom 'agħmlu save' mhux 'publish'. Ħalli nara x-xogħol qabel ma jmur quddiem id-dinja kollha. Inkellimkom aħjar għada. 
Intant nirringrazzjakom u nifirħilkom ta' kemm qed tipprovaw u ta' kemm qed tagħmlu xogħol sabiħ! Vera kuntenta. 
Grazzi ħafna, 
Miss Claudine.
 
 
 
 Posts
Posts
 
 
No comments:
Post a Comment