Tuesday, January 21, 2014

Pirate Week : IMPORTANT NOTICE (bil-Malti)

Fiż-żmien meta kienu mal-istudenta, jien ħejjejt bosta attivitajiet biex Jannar nieħdu gost nitgħallmu bit-tema tal-pirati. Naf li t-tfal jieħdu ħafna gost. 
Qed insibha diffiċli pero' nagħmel lezzjonijiet li fihom ammont ta' logħob u gost, minflok joqgħodu jiktbu il-ħin kollu, hemm xi tfal li mhux qed iġibu ruħhom sew. Ħafna ħsejjes bil-ħalq waqt li nkun qed nispjega, logħob bl-idejn waqt il-lezzjonijiet, fil-kuritur ma jimxux kif għallimthom jien, ħafna ċċassar waqt il-ħin tal-konċentrazzjoni. L-agħar ħaġa hi li meta xi ħadd jagħmel xi ħaġa ħażina, jikkupjawh erba oħra, minflok li jsikktuh. 
Naf li qatgħu minn miegħi, u issa qisni qed nerġa' nibda mill-bidu. Kien hemm sitt ġimgħat qabel il-Milied, il-vaganzi tal-Milied, għamilt ġimgħa bil-bronkite d-dar...
Għaldaqstant jekk taraw xi nota fid-djarju tal-iskola tieħdux qatgħa. Naf li minn għandkom dejjem kelli kooperazzjoni u li intom tafu li jien nixtieq li t-tfal kollha imorru tajjeb u jkunu ferħanin fil-klassi.

Dawn huma xi affarjiet li ser nagħmlu fit-tema tal-Pirati

a) Inpinġu Mappa u struzzjonijiet
b) Djarju ta' Pirata
ċ) Lezzjonijiet tal-Matematika fuq l-istess tema
d) Smoothies tal-frott eżotiku
e) Inpinġu vapur kbir tal-Pirati (xtrajtulhom apposta)
f) Attivitajiet bl-Ingliż fuq il-Pirati
ġ) Nagħmlu l-ħobż tagħna stess
g) Nitgħallmu fuq annimali perikolużi u pajjiżi fejn kienu jivjaġġaw il-pirati
għ) Films qosra, poeżiji u kant tal-Pirati
ħ) Nilbsu tal-Pirati fil-klassi  (għandi fil-kaxex tiegħi)
fost oħrajn

Dan kollu mhux ser ikun possibli jekk ma jobdux, kemm fl-imġiba kif ukoll fl-istudju. 

Waħda mill-affarjiet li tlabthom huwa li jistudjaw id-doubles. Forsi fi klassi sħiħa ta 21 hemm forsi ħamsa li jafuhom sew. Iridu jistudjawhom kuljum sakemm ikunu jafuhom sew. Naf li mhux kulħadd kapaċi l-istess, lanqas jien ma jien kapaċi daqs ħaddieħor, imma għallanqas kulħadd irid juri li qed jipprova u li qed jistudja. Naqra kuljum, kulħadd jimxi 'l quddiem. 
Qed nikteb hawn forsi hemm x'uħud minnkom il-ġenituri li ma tarawx id-djarju. Nitlobkom meta tistgħu issaqsuhom id-doubles. Minn dan it-term ser nibda' nagħti t-testijiet. Ninsab ċerta li ser immorru sew, kull bidu huwa naqra iebes, u Jannar qisu bidu ieħor!

Grazzi ħafna, 

Miss Claudine

No comments:

Post a Comment

Search This Blog